/   djesi.com / Maltija  

2019-07-19 09:19:43

Friday, July 19, 2019, 8:19

L-eqdem tellieqa fil-kalendarju tat-tlielaq tar-Royal Malta Yacht Club, it-tellieqa Malta-Sirakuża, iċċelebrat id-59 edizzjoni f’Lulju. It-tellieqa, organizzata mir-Royal Malta Yacht Club u l-Lega Navale Italiana (Sezione di Siracusa) hija popolari ħafna, u ġibdet l-attenzjoni ta’ ħafna ekwipaġġi Taljani, li jibqgħu jirritornaw sena wara sena.

Din is-sena, it-tellieqa rat rotta miżjuda. Sulla Rotta di Ulisse kienet korsa lejn in-Nofsinhar minn Messina għal Sirakuża li mbagħad ingħaqdet mat-tellieqa ta’Sirakuża-Malta, bit-tellieqa tintemm f’Malta. Din kienet organizzata mir-Royal Malta Yacht Club flimkien mal-Partenariato Internazionale Messina Malta, bl-appoġġ tal-Comune di Messina. Minħabba li kienet l-ewwel sena, it-tellieqa rat flotta żgħira titlaq minn Messina lejn Sirakuża f’kundizzjonijiet ħfief, imma bir-riħ qawwi barra minn Katanja. Huwa mistenni li din it-tellieqa se tiżdied fil-popolarità fis-snin li ġejjin.

Il-bidu f’Sirakuża nhar is-Sibt, 13 ta’ Lulju, rat flotta mdaqqsa ta’ 28 jott jitilqu mill-baħar ‘il barra minn Ortygia f’kundizzjonijiet kważi perfetti, għalkemm ir-riħ żdied b’mod sinifikanti fil-fliegu bejn Sqallija u Malta. Il-jottijiet kellhom jbaħħru f’riħ li kien ġej mil-punent iżda l-parti l-kbira tal-flotta temmew it-tellieqa fis-sigħat bikrin tal-Ħadd.

Filwaqt li il-parti minn Messina għal Sirakuża intrebħet minn Ottovolante, kien il-jott Malti, tal-aħwa Podesta, Elusive 2, li f’ħin korrett, kaxkru ammot kbir ta’premijiet, kemm fit-tellieqa Sirakuża-Malta, kif ukoll it-tellieqa  Messina – Sirkaża – Malta.

 “Il-baħar barra il-golf ta’ Katanja kien qawwi.  Il-jottijiet kienu qedin itellqu f’kundizzjonijiet ta’riħ b’qawwa ta’għoxrin mil-nawtiku fis-siegħa, fil-waqt il-jottijiet kienu qedin jirreġistraw veloċità ta’ bejn 9 u għaxar mil-nawtiku fis-siegħa.  Dan ma kien xejn bħal ma esperjenzajna qabel, waqt li wieħed għandu jżomm f’moħħu li normalment din ir-rotta ngħamlu bil-kontra fir-Rolex Middle Sea Race, ” spjegat Maya Podesta, Kaptan tal-Elusive 2.

Fit-taqsima Sirakuża- Malta, Elusive 2 kella battalja sa l-aħħar, meta il-kompetizzjoni mogħtija mill-jott ta’ħamsin pied Skin, u ieħor ta’ ħamsa u erbgħin pied Tetta kienet kbira. Elusive 2 u Tetta kemm il-darba kellhom battalji fil-baħar partikolarment fir-Rolex Middle Sea Race.

Maya Podesta, il-kaptan tal-jott, First 45,  Elusive 2, kompliet tispjega li għalkemm kellhom żewġ membri tal-ekwipaġġ nieqsa, xorta ddeċidew li jikkompetu. L-ekwipaġġ ta ‘Elusive 2 kien magħmul minn Maya Podesta, Christoph Podesta, David Anastasi u Thomas Zammit Tabona.

“Għalkemm il-parteċipazzjoni tal-jottijiet Maltin kienet kemmxejn baxxa, Elusive 2 ċertament għamel tajjeb għall-dan in-nuqqas. Madanakollu, dawn it-tlielaq jgħinu biex isaħħu aktar ir-relazzjonijiet tagħna mal-ħbieb tagħna Sqallin, u nisabu konvinti li din ir-relazzjoni ser tiżviluppa f’aktar opportunitajiet kompetittivi għall-membri tagħna “qal is-Sur Godwin Zammit, Commodore tar-Royal Malta Yacht Club.

Il-premijiet ingħataw lir-rebbieħa waqt serata, miżmuma fir-Royal Malta Yacht Club u ospitata minn Yachting Malta. Is-serata kienet ippreseduta mis-Sur Godwin Zammit, Commodore, Royal Malta Yacht Club u s-Sur Peter Dimech, Rear Commodore Sailing. Il-premjijiet ingħataw mill-Onor. Dr. Konrad Mizzi, Ministru tat-Turiżmu, l-Onor. Dr Clifton Grima, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Organizzazzjonijiet Volontarji, is-Sur John Huber, Ċerman, Yachting Malta, is-Sur Max Zammit, Sindku ta ‘Ta’Xbiex, is-Sur Giuseppe Impallomeni Viċi President tal-Lega Navale Italiana (Sezione di Siracusa) u l-Prof. Letterio Campolo, il-President AMCM Messina.

Il-premijiet mogħtija kienu jinkludu it-tellieqa Sirakuża – Malta kif ukoll għat-tlielaq li ffurmaw parti mit-tellieqa Messina – Sirakuża – Malta.

Ir-riżultati tat-tellieqa Messina – Sirakuża-Malta jinsabu fuq is-sit elettroniku tar-Royal Malta Yacht Club –  https://www.rmyc.org/event-type/races/


sportinmalta.com
malta tellieqa messina sirakua elusive minn club royal yacht premijiet kienet kien



djesi.com

This domain might be on sale - check the price!



Categories


Other countries/languages

                                           

Partners

roiue.com realestate-mediteran.com whowhenwhat.info extremac.com belgradevents.com fricr.com who-wear-what.com rivijera.me advertisement.cloud iagencija.com aktuelno.info vasagent.com cevabdzinice.com rentacarswitzerland.com realestate-finland.com ktotm.com rebsr.com touristransfer.com yewik.com rentacartaiwan.com prjmgr.com burgdzinice.com 2travel2live.com automobili.ga ekonomija.ga

Latest

SPORT   www.sportinmalta.com Aug 14

10:28


A high performance for the Malta U15 boys

SPORT   www.sportinmalta.com Aug 02

18:08


Malta girls vying a podium finish