/   djesi.com / Maltija  

2019-07-19 09:19:43

Friday, July 19, 2019, 8:17

Lejn l-aħħar ta’ dan ix-xahar jiġifieri nhar it-Tnejn 29 ta’ Lulju 2019, Lazio Club Malta ser jorganizzaw attività interessanti għal dawk il-partitarji lokali ta’ dan it-tim Taljan. Fil-fatt il-Coppa Italia li rebħu l-Biancocelesti f’Mejju li għadda ser tkun qiegħda għal wiri fir-ristorant Sciantusi li jinsab f’Tas-Sliema.

Din l-inizjattiva bdiet grazzi għall-kuntatti li għandu l-president ta’ Lazio Club Malta Edward Psaila. Fil-fatt is-sinjura Anna Rita Iacobini li hi ħabib tal-president Claudio Lotito talbet permess sabiex din it-tazza tkun għall-wiri f’Malta ukoll. Fil-fatt din it-tazza ilha għaddejja fuq tour madwar ir-reġjun tal-Lazio f’diversi postijiet pubbliċi sabiex is-segwaċi ta’ dan it-tim jammirawha aktar mill-viċin. Fl-istess waqt din issa ġejja Malta wkoll fejn min ser ikun preżenti ser ikollu ċ-ċans jieħu ritratt magħha.

Mistiedna speċjali ta’ dan l-avveniment ser ikunu t-tim manager ta’ Lazio Maurizio Manzini u l-kompożitur tal-innu tant famuż tal-klabb VolaLazioVola Toni Malco.

Manzini twieled nhar il-25 ta’ Novembru 1940 u llum il-ġurnata għandu 79 sena. Dan tal-aħħar huwa l-uniku wieħed fil-familja tiegħu li jżomm mal-Biancocelesti minħabba li l-membri l-oħra jippreferu lil Roma.

Ilu fl-amministrazzjoni ta’ Lazio sa mis-sena 1998 għalkemm ilu jikkollabora mal-klabb sa mill-1971. L-ewwel namra tiegħu għal dan il-klabb bdiet meta darba f’Lugano. Lazio kienu jinsabu fil-lukanda fejn kien jaħdem hu. Dak il-ħin kif induna li kien hemm tant plejers famużi, Manzini mar sabiex ikellimhom u jieħu xi firma ukoll.

Manzini sar ħabib tas-segretarju tal-klabb FernandoVona u kien jgħin sabiex meta Lazio kienu ser jilagħbu barra minn darhom, hu jkun jista’ jorganizzalhom il-vjaġġ bil-ferrovija jew l-ajruplan. Hu kien qed jieħu dan ix-xogħol bis-serjeta’ u iktar m’għadda ż-żmien, iktar dehru l-kwalitajiet ta’ organizzazzjoni tiegħu.

Darba fost l-oħrajn, il-viċi-president ta’ Lazio Giorgio Calleri ippropona lil Manzini sabiex ikun it-teammanager tal-klabb. Peress li hu kellu xogħol tajjeb fid-dipartiment Taljan tal-avjazzjoni ċivili, kienet deċiżjoni diffiċli li kellu jieħu u wara li dam itella’ u jniżżel x’għandu jagħmel, iddeċieda li jirrifjuta din l-offerta kontra qalbu. Minkejja kollox, hu xorta waħda kien ser ikompli jagħti daqqa t’id lill-klabb favorit tiegħu meta jkollu bżonn.

Sadanittant ingħata bidu għall-istaġun 1988/1989 u l-istess Calleri reġa’ tah iċ-ċans li jingħaqad ma’ Lazio. Wara li ra l-organizazzjoni kbira li kien hemm u kemm l-ogħla awtoritajiet tal-klabb rieduh b’ħerqa kbira, hu aċċetta dan l-inkarigu.

Minn hemm beda x-xogħol ta’ teammanager għal Maurizio Manzini, rwol li jaqdi b’ċertu reqqa, dedikazzjoni u mħabba lejn il-klabb. Hu laħaq diversi plejers ta’ isem fosthom Pavel Nedved, BoboVieri, Simone Inzaghi, Alain Boksic u Giuseppe Signori fost l-oħrajn.

Manzini igawdi minn rispett kbir mhux biss tal-plejers ta’ Lazio iżda wkoll minn dawk avversarji, referìs u uffiċjali oħra tal-logħba. Wieħed jista’ jsejjaħ lil Manzini bħala poliglotta minħabba li kapaċi jitkellem ħames lingwi.

Mistieden għal din l-attivita’ ser ikun hemm ukoll il-kittieb u kantant Toni Malco li lura għal 1983 kiteb kanzunetta bl-isem ta’ Vola Lazio Vola u li aktar tard sar l-innu uffiċjali tal-klabb. Din id-diska tant saret popolari li nbiegħu aktar minn 800,000 kopja mhux biss fl-Italja iżda madwar l-Ewropa.

Kif għedna din l-attivita’ ser iseħħ fir-ristorant Taljan Sciantusi, ItalianFoodLovers, Triq Milner, Sliema. Dan ir-ristorant jinsab eżattament wara l-PrelunaHotel. It-tazza ser tkun għall-wiri mit-tmienja ta’ filgħaxija ‘l quddiem.

Sadanittant Lazio Club Malta jirringrazzja lill-Grand Hotel Excelsior għall-ospitalità tagħhom, lill-president Claudio Lotito, lil Arturo Diaconale, Stefano de Martino, Igli Tare, Maurizio Manzini, Antonio Calveri u Anna Rita Iacobini sabiex din il-ħolma ta’ kull partitarju ta’ Lazio issir realta’.

Lazio Club Malta jfakkar li min jixtieq jattendi għal din l-attività jissieħeb billi jibgħat messaġġ privat fil-grupp ta’ Facebook Lazio Club Malta, jew inkella jikkuntattja lill-president tal-klabb Edward Psaila permezz tal-mowbajl fuq in-numru ċellulari 77498873.


sportinmalta.com
lazio klabb minn manzini malta sabiex kien gall italia president coppa club



djesi.com

This domain might be on sale - check the price!



Categories


Other countries/languages

                                           

Partners

roinf.com weighborhood.com stockscrunch.com rent-lux.com theexitfestival.com liaise.biz engin3r.com usercomply.com mvprush.com advertisement.cloud rentacarswitzerland.com has2trade.com realestate-marocco.com dooule.com realestate-islands.com rapttor.cloud programing.cloud kriptovalute.ga ekonomija.ml ekonomija.gq stilimoda.cf hrana.tk whomentionit.com fricr birdview.work

Latest

SPORT   www.sportinmalta.com Aug 14

10:28


A high performance for the Malta U15 boys

SPORT   www.sportinmalta.com Aug 02

18:08


Malta girls vying a podium finish