/   djesi.com   / Maltija  

2019-08-01 17:08:28

Thursday, August 1, 2019, 8:06

Waqt serata organizzata mil-Lazio Club Malta fir-ristorant Taljan Sciantusi f’Tas-Sliema ġiet esebita l-Coppa Italia mirbuħa minn Lazio f’Mejju li għadda. Dakinhar fi Stadio Olimpico ta’ Ruma i Biancocelesti kienu għelbu lil Atalanta bl-iskor ta’ 2-0 sabiex rebħu din it-tazza għas-seba’ darba fl-istorja tagħhom.

F’din is-serata kienu mistiedna l-kantawtur Toni Malco u l-kummentatur Luigi Sinibaldi li faħħru din is-serata tant sabiħa. Malco hu l-awtur tal-innu Vola Lazio Vola filwaqt li Sinibaldi hu l-vuċi uffiċjali tal-istazzjon Lazio Style.

Iż-żewġ personalitajiet kellhom kliem ta’ tifħir għall-president ta’ Lazio Club Malta Edward Psaila fejn qalu li kien hemm bżonn aktar ta’ nies bħalu fil-klabb Laziale peress li għandu mħabba speċjali lejn dan it-tim. Hu faħħar ukoll il-ħidma kontinwa li jagħmel il-kumitat sabiex il-partitarji Laziali f’Malta jibqgħu dejjem attivi.

Saret ukoll ikla speċjali fl-istess ristorant fejn dawk preżenti kellhom iċ-ċans jitkellmu fuq it-tim favorit tagħhom Lazio fejn fost l-oħrajn id-diskors waqa’ fuq dak li ġara fl-istaġun li għadda iżda fuq kollox f’dak li ġej fejn Lazio għandhom ambizzjoni kbira li jtejbu fuq il-klassifika tal-istaġun li għadda. Bir-rebħ tal-Coppa Italia, huma ser ikunu wkoll qed jipparteċipaw fil-UEFA Europa League.

Lazio Club Malta flimkien mal-istess personalitajiet għamlu żjara kortesija lill-ministru tal-affarijiet barranin Carmelo Abela fejn flimkien mal-ambaxxatur Malti għall-Vatikan Frank Zammit iddiskutew xi temi sportivi u anke dwar din iż-żjara tant partikolari.

Lazio Club Malta għandu l-ambizzjoni li jġib lejn pajjiżna xi plejers jew xi personalitajiet li xi darba libsu l-flokk ta’ Lazio.


sportinmalta.com
lazio malta club coppa italia fejn minn sportinmalta gadda personalitajiet serata jara



User comments