/   djesi.com   / Maltija  

2019-08-03 17:04:22

Saturday, August 3, 2019, 16:29

Is-Sibt 27 ta Lulju, il-Karting Club Malta organizza r-raba’ rawnd tal-kampjonat nazzjonali tal-karting sponsorjat minn Bupa, fil-kumpless Badger Karting f’Ta Qali. Il-fuq minn għoxrin sewwieqa kkompetew f’dan l-avveniment li sar fil-għaxija u taħt dawl artifiċjali.

B’kollox kienu ħamsa l-klassijiet, il-klassi Iame X30 ġiet mirbuħa minn John Agius segwit minn Brandon Pillicino u Braydon Bonnici.

Il-Klassi Rotax Max intrebħet minn Nicky Gauci fl-ewwel post u segwit minn Jake Agius u Neville Zammit.

Il-Klassi Mini Touch and Go intrebħet minn Kieran Galea segwt minn Jacob Micallef u Daniel Abela.

Il-Klassi Touch and Go Vortex intrebħet minn Jake Falzon, fit-tieni post sibna il Christian Caruana u lill Isaac Micallef fit-tielet post.

Il-Klassi għas-sewwieqa żgħar magħrufa bħala Baby intrebħet minn Ayrton Tonna.

L-attività tmexxiet mill-operaturi tal-kumpless Badger Karting, Uffiċjali tal-Karting Club Malta, Uffiċjali tal-Federazzjoni Maltija u bħala direttur tat-tellieqa kien it-Taljan Gaspare Anastasi.


sportinmalta.com
minn karting rawnd kampjonat nazzjonali raba klassi sportinmalta intrebet post malta badger



User comments