/   djesi.com   / Maltija  

2019-08-09 13:02:29

Friday, August 9, 2019, 12:13

L atleta Malti u membru fil-Korp tal-Pulizija Andrew Grech ħa sehem u rebaħ il-midalja tal-fidda fin-nofs maratona tal-Olimpjadi tal-Pulizija li qed isiru f’Chengdu, il-kapitali tal-provincja ta’ Sichuan fiċ-Ċina.

Andrew huwa l-ewwel membru tal-Pulizija Malti li ħa sehem f’dawn l-Olimpjadi li jsiru kull sentejn f’pajjiżi differenti.

Is-sehem tiegħu sar possibli bis-saħħa tal-kuntatti li għandu fiċ-Ċina, l-eks Ministru Reno Calleja li huwa l-President tal-Għaqda ta’ Ħbiberija bejn Malta u ċ-Ċina u jaħdem bħala volontier.

F’Marzu u April  kien Beijing, il kapitali Ċiniża,  biex organizza festival tal-ikel Malti li ġibed interess kbir lejn Malta fuq il-mezzi tax-xandir Ċiniżi.

F’dawn l-Olimpjadi qed jieħdu sehem għaxart elef kontestant fl-isports kollu, b’sebgħin pajjiż, inkluż Malta.

It tellieqa bdiet fis-6:30 ta’ dalgħodu u bdiet f’Qingcheng, fid distrett ta’ Dujiangyan.

Iċ-Ċiniżi ħallsu l-passagg, l-akkomodazzjoni u t-transport lil Andrew bil-għajnuna ta’ bank Malti.

Strumentali wkoll kienet l-għajuna tas-Segretarju Parlamentari għall-Isports Dr Clifton Grima, is-Sur Mark Cutajar CEO ta’ SportsMalta,  il-Kummissarju tal-Pulizija s-Sur Lawrence Cutajar u l-Kumitat tal-Isports tal-Pulizija.


sportinmalta.com
pulizija malti andrew olimpjadi grech atleta fidda sportinmalta malta sehem isports reba



User comments